Bħala Delegat Sports tal-Aniċi Band & Social Club qed nikteb dan l-artiklu biex nagħti ftit informazzjoni fil-qosor dwar din is-soċjeta`, u biex inwassal l-unuri prinċipali Sportivi li nkisbu matul it-18-il sena li din is-soċjeta` ilha mwaqqfa, F'Awwissu 2004 jien dħalt membru f'dan il-Każin u ġejt introddot bis-Sezzjoni Sports biex ngħin f'organiżżar tal-attivitajiet Sportivi.
      Wara li skoprejt kemm irid isir xogħol biex tlaħħaq ma' dan is-settur, inspirajt ruħi biex niltaqa ma' xi membri veterani ta' din is-soċjeta' biex niġbor l-informazzjoni meħtieġa li tkun tista' turi stampa ta' meta u kif din is-soċjeta` ġiet iffurmata. Minn stħarriġ li għamilt sibt li l-indirizz uffiċċjali tal-każin hu 42/43 Pinto Street Qormi u qabel l-1988 din id-dar kienet okkupata mill-Qormi Rockers Football Club.Bix-xogħol siewi li għamel il-Kumitat ta' dak iż-żmien, u dak ta' l-erbgħa membri fundaturi li huma Dr. Antoine Agius u Chev. John M. Spiteri li sa llum għadhom fil-Kumitat u s-sur Carmelo Spiteri u s-sur Salvu Debono li m'għadhomx magħna, il-każin ġie uffiċċjalment fit-23 ta' April 1988. Minn dik il-ġurnata s'issa sar ħafna xogħol, il-Kumitat Amministrattiv għamel il-Kummissjoni Banda, is-Sezzjoni żgħażagħ u s-Sezzjoni Sports u ddelegalhom xogħol biżżejjed biex itejbu d-dehra tal-każin.
      Il-motto tal-każin jinkludi t-tagħlim tal-mużika lill-allievi żagħar, it-tixrid kulturali tal-mużika fir-raħal tagħna u ġo pajjiżna. Il-banda ġiet imsemmija "Aniċi" li tfisser qatt mirbuħ, kif ukoll hu maħsub li Aniċi kien l-isem tal-familja ta' San Ġorġ. Apparti mill-involviment tal-parteċipazzjoni tal-banda waqt il-festa ta' San Ġorġ ġo Ħal-Qormi, is-soċjeta` għandha ir-responsabbilta li torganiżża attivitajiet soċjali, kulturali u sportivi għall-membri u għall-publiku inġerali.
 


 

Fil-Każin tagħna dejjem tajna importanza l-qasam sportiv speċjalment fejn jidħol il-logħob tal-Pool u anke fl-isnooker, it-timijiet li kellna tul dawn it-18-il sena dejjem ġabu unuri kif tixhed il-vetrina mimlija trophies li proppju tinsab kif tidħol fil-każin tagħna. It-timijiet tagħna dejjem kienu msawra bl-aqwa talent f'dan l-isports, u dejjem konna fl-għola diviżjonijiet. Matul dawn it-18-il sena ikkompetejna f'diversi kompetizzjonijiet fosthom dik ta' Billy Apap fejn konna Champions għall-istaġun 1989/1990. Wara bdejna nikkompetu fil-kompetizzjonijiet tal-Malta Pool Association fejn f'dawn il-kompetizzjonijiet ta' din l-assoċċjazjoni ħadna diversi unri fosthom Champions ta' Malta. Irbaħna wkoll unuri oħra bħas Super Cup u Knock Outs u unuri oħra bħala Players individwali. Fil-bidu kienet inħatret Sezzjoni sports fejn kienet immexxija minn diversi persuni li ħafna minnhom għadhom jattendu l-każin. Din is-Sezzjoni kienet ukoll torganiżża wkoll kompetizzjonijiet oħra interni kemm tal-Pool, Snnoker, Table Soccer u anke Darts. Fl-2005 il-Kumitat Amministrattiv ħass li għandu jxolji din is-Sezzjoni u flokha jaħtar persuna responsabbli mill-isports. Għalhekk l-istess Kumitat kien ħoloq il-kariga ta' Delegat Sports fejn hekk għada sal-lum ukoll għada mmexxija mis-Sur Saviour Mifsud.
 


 

Kelli l-okkażjoni li nitkellem mas-sur Vincent Mifsud magħruf bħala "Ċensu" membru veteran tas-Sezzjoni Sports illum irtirat, li flimkien ma' membri oħra ħadem fis-sezzjoni sports sa mill-bidu nett. Ċensu qalli li fl-1989 kien l-ewwel Chairman ta' din is-sezzjoni, u ħadem ma' Andrea Pace, Pawlu Attard, George Micallef, Alfred Cuschieri u Carmelo Mallia għal sentejn sħaħ. Waqt dan il-perjodu (1989), kien hemm team tal-Pool li ipparteċipa f'league li kien organiżat mill-promotur is-sur Billy Apap, dan it-team rebaħ din il-kompetizzjoni u sar champion. Għas-sena 1990/91 il-każin affilja mal-Malta Pool Association u ħa sehem b'team fit-tieni diviżjoni, għalkemm dan it-team ma rebaħx unuri ġie promoss għall-ewwel diviżjoni. Matul l-istaġun 1991/92 is-sur Richie Spiteri sar Chairman tas-sezzjoni sports u Ċensu sar kaxxier, l-istaġun spiċċa mingħajr rebħ ta' unuri. Bidla oħra saret fl-istaġun 1993/94, is-sur Charles Portelli sar Chairperson ta' din is-sezzjoni u żamm din il-kariga sa l-aħħar ta' l-istaġun 1996/97. Waqt dan il-perjodu ġie ifformat tema tal-Pool kapaċi, tant li rnexxielu jikseb ħafna rebħiet u nkisbu bosta unuri fil-kompetizzjonijiet organiżżati mill-Malta Pool Association, l-unuri li ntrebħu huma dawn:
v...11    1992/93          -          Team Knockout Winners
             1993/94          -          Premier League Winners
             1994/95          -          Premier League Winners
             1996/97          -          Team Knockout u Super Cup Winners.
      F'dan l-istaġun Ivan Rizzo rebaħ il-kompetizzjoni individwali meta għeleb lil Stephen Scicluna b'iscore ta' disgħa frames kontra ħamsa.Fis-sena 1997/98 it-team tal-Pool ġie relegat mħabba azzjoni dixxiplinarja li ttieħdet mill-Malta Pool Association. Mill-istaġun 1997/98 sal-istaġun 2004/5 iċ-Chairperson tas-Sezzjoni Sports kien in-Nutar Dr. Antoine Agius, waqt l-istaġun 1998 it-team tal-Pool ipparteċipa fl-ewwel diviżjoni u sar Champion. Il-membri l-oħra kollha tas-sezzjoni baqgħu bejn wieħed u ieħor l-istess.

 


 

Issa nixtieq insemm tliet uffiċċjali tal-Kumitat Amministrattiv li servew fil-kumitat sa mill-bidu nett, perjodu ta' 18-il sena. Dawn in-nies ilni nafhom għal sentejn biss, imma f'dan il-perjodu iffurmajt opinjoni personali dwarhom u nixtieq li l-qarrejja ta' dan l-artiklu jkunu jafuha wkoll.
      Dr. Antoine Agius (President) imexxi l-każin bir-reqqa u bħala profesjonist, jiffaċċja u jsolvi l-problemi li jinqalgħu minn żmien għal żmien. Fil-maġġoranza tal-każi ikun dejjem lest biex jagħti għajnuna personali lil dawk li jkunu fil-bżonn, President li fl'opinjoni tiegħi jixraqlu din il-pożizzjoni.
      Is-sur George Portelli (Teżorier) raġel iddedikat b'integrita u fiduċja biex iżomm il-kotba tal-finanzi tal-każin.fil-karattru kalm, iżda supporter ferventi Ġorġjan.
      Chev. John M. Spiteri (Direttur Ġenerali) raġel addattat biex imexxi, u b'abilita` li jagħmel kollox, tiswijiet,amministrazzjoni, u xogħol ieħor li jinqala` fil-każin. Kapaċi biex isib ħin biex ilaħħaq max-xogħol personali tiegħu, mal-familja, u ma dak kollu li jirregola fil-każin. Fl-opinjoni tiegħi raġel li diffiċli ħafna li ssib bħalu, qatt ma jieqaf, u bix xogħol li għamel, iffranka lis-soċjeta` eluf ta' liri. Nitolbu lill-Alla jagħtih s-saħħa biex ikompli hekk għal ħafna snin.