Mill bidu nett mit-twaqqif tal-Banda Aniċi inħass il-bżonn li żgħażagħ li kienu qegħdin jifrekwentaw is-soċjeta' jinġabru numru minnhom u tiġi iffurmata Sezzjoni żagħażgħ fi ħdan l-Għaqda. Fil-fatt hekk kien sar u inħatar il-kavallier John.M.Spiteri bħala l-ewwel Chairman ta din is-sezzjoni. Tajjeb li insemmu li din mhux kariga waħdanija li kellu fir-responsabilta tiegħu il-kavallier Spiteri. Barra li hu wieħed mill-erba' fundaturi kien ukoll fejn għadu sa llum direttur ġenerali u arkivista. Kif kien mitlub jaghmel ippropona xi żagħażgħ li l-aktar kienu entuzjasti biex b'hekk ġiet iffurmata is-sezzjoni żagħażgħ.

L-ewwel kariga ta' segretarju ta' din is-sezzjoni okkopata sinjorina li llum miżżewġa u tgħix fl-Awstralja din kienet is-sinjorina Ġekonda Mifsud li llum insibugħa fil-karriera professjonali ta' Avukata. Tajjeb li nsemmhu li fil-bidu din is-sezzjoni kienet tisejjaħ bħala sotto-kumitat żagħażgħ Banda Aniċi li kienet iffurmata fost sotto-kumitati ohra fi ħdan l-għaqda. Maż żmien din bdiet tissejaħ bħala sezzjoni żagħażgħ Stillieri Banda Aniċi fejn hekk għadha magħrufa sa llum. Fattur importanti li nsibu f' din is-sezzjoni hija li kienet l-ewwel waħda li ġiet iffurmata fi ħdan għaqda fil-Parocca tagħna.

Fattur ieħor importanti fl-istorja ta' din is-sezzjoni kif diġa rajna, ma' żmien kienu jokkupaw membri fi ħdana żagħażgħ ta' entegreta kbira u llum insibu uħud minnhom bħal avukati, b'vokazzjoni għal-sacerdoti u oħrajn li kisbu karriera ta' livell għoli fid-dinja ta' xogħol. Minn dan kollhu juri biċ-ċar li din is-sezzjoni dejjem kienet iffurmata minn żagħażgħ intelliġenti, edukati u kapaċi. L-iskop ewlieni ta' din is-sezzjoni l-ewwel u qabel kollox kien li jsibu kenn fis-soċjeta' u jitgħbedu minn vizzji qerrieda li b'ħasra kbira ħafna żgħażagħ tilfu id-dinjita tagħhom. Iżda mhux hekk biss, il-ħeġġa taz-żgħożija tagħti stimolu qawwi għal enerġija u entużjażmu u skop ieħor ta' din is-sezzjoni hu, li torganizza il-briju waqt il-marċi mill-Banda Aniċi.

 

 

 

Permezz ta' diversi attivitajiet li torganizza tkun tista tiġbor fondi biex b'hekk jagħmlu tajjeb ghal ispejjes izda mhux hekk biss. Din is-sezzjoni minn dejjem ħasbet sa biex tnaqqax isimha f'diversi opri fil-kazin u b'hekk tkompli turi il-maturita' u serjeta' fit-tmexxija tagħha. Tajjeb li insemmu is-sehem f'dawn l-opri ewlenija kienet li ħarġet parti mill-ispejjes biex saret l-istatwa' ta' San Ġorġ Marti li saret fil-bitħa tal-każin insemmu wkoll il-bust ta' Carmelo Spiteri li kien wieħed mill-erba' fundaturi, l-ewwel segretarju u l-ewwel bandist ta' l-għaqda. Dan il-bust insibuħ fis-sala tal-kuncerti li hija imsemmija ghaliħ. F'din l-istess sala tpoggiet opra oħra li ingħatat mis-sezzjoni, liema opra kienet tikkonsisti f'arloġġ u mejda prezzjużi u żewġ kandilabri li jikkumplementaw ma' l-arloġġ.
 
Din is-sezzjoni kienet ukoll irregalat din il-website li qegħdin naraw illum. Kienet hi li ħarġet bl-idea u wara li l-amministrazzjoni tagħat l-għajnuna u l-approvazzjoni tagħha għadna ingawduha sal-lum. Din il-website illum taqa' taħt ir-responsabilta' tal-kumitat aministrattiv.

Imma jekk insemmu kollox u inħallu barra id-deversi sorpriżi li għamlet din is-sezzjoni waqt il-marċi brijjużi tal-Banda Aniċi inkunu ħallejna punt importanti ieħor f'din l-istorja ta' din is-sezzjoni. Minn barra li ta' kull sena tagħmel drapp ġdid ta' bnadar u bandalori li jinġarru waqt il-marċi għamlet ukoll diversi umbrellel li nbidlu u żdiedu matul is-snin. Insibu ukoll diversi pitturi fuq l-istess Armar u tant ħwejjeġ oħra, izda ħaġa li tispikka f'din is-sezzjoni hija l-organizzazjoni brijjijuza fil-marċ tal-Gimgħa, l-aħħar jum ta' tridu fil-festa titulari. Mhux darba jew tnejn tagħatna sorprizi f'dan il-marċ fost l-akbar u l-aktar li baqa' jisemmha hija ir-replika tal-faċċata tal-każin magħmula mill-ġeblow u l-injam.

Interessanti ukoll illi dak kollhu li ghamlet din is-sezzjoni għamluh il-membri tagħha, xiedha ta' dan hu li fis-sena 2005 kienet ukoll ġiet ikkumisjonata tagħmel armar ghal festa ta' Stella Maris f'tas-Sliema. Dak kollhu juri il-ħeġġa u il-kapaċita ta' żagħażgħ Stillieri li tant għandhom ghal qalbhom il-Banda u l-Festa ta' San Ġorg Martri li hu wkoll il-patrun ta' l-Għaqda Muzikali Aniċi u tal-Belt Pinto.
 

Ġ ġ Ħ ħ Ż ż Ċ ċ