




















Bla dubju ta' xejn il-festi tal-Ġimgħa mqaddsa fil-Parroċċa tagħna huma żewġ
festi kbar li nagħtuhom ħafna importanza. Dan mhux biss bil-ġmiel ta'
purċissjonijiet li nagħmlu, iżda wkoll għall fatt li kemm fil-purċissjoni
tal-Ġimgħa l-kbira kif ukoll f'dik ta' l-Għid għandna vari artistiċi li
jsaħħruk bil-moviment artistiku tagħhom.
Il-banda Aniċi sa mill-bidu nett mit-twaqqif tagħha ħadmet biex tibda
tipparteċipa f'dawn il-festi fil-fatt l-ewwel dehra tal-banda
fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-kbira kienet f'1989 propju sena wara li ġiet
mwaqqfa l-għaqda. Il-banda li titpaxxa tħares lejha u tismagħha, ħadet posta
quddiem il-vara ta' Kristu fl'ort tal-Ġetsemani u propju wara l-akbar vara
tal-purċissjoni, jiġifieri dik ta' l-aħħar ċena.
Kien f'mejju l-1993 meta wara ħidma bla waqfien ħareġ id-digriet mill-kurja
ta' l-Ariċsqof li ta id-dritt biex il-banda Aniċi tibda tieħu sehem ukoll
fil-purċissjoni ta' l-Għid il-kbir. Kien f'1994 meta il-banda daqqet
għall-ewwel darba f'din il-purċissjoni li toħroġ filgħodu f'jum il-Għid.


L-Għaqda għanda fl'arkivji tagħha diversi marċi funebri li jindaqqu
fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira biżżejjed najdu li hemm tlett volumi ta'
libretti bil-fuq minn 35 marċ funebru f'kull librett, li minnhom jindaqqu
kull sena b'mod alternattiv. Fost il-marċi hemm uħud minnhom li jistgħaw
jindaqqu biss mill-Banda Aniċi fost dawn hemm żewġ innijiet iddedikati lill-Madonna
tad-duluri, wiehed ta Ex surmast tal-banda Andrew Calleja li izzanzan
fil-1999 u l-iehor tas surmast kavallier Abel Joseph Mizzi li iz-zanzan
fil-2004u il-versi taghhom it tnejn tal-president onorarjju tas socjeta'
il-kav Dr. Carmel Bianchi . Fil-purċissjoni ta' l-Għid il-Kbir il-banda
iddoqq sett ta 10 valzi kollha kompożizzjoni ta' l-ewwel Surmast li kellha
il-banda, Mro.Frank Galea. Ħafna minn dawn il-marċi funebri kif ukoll valzi
issibuhom fuq casettes u CD's, fil-fatt hemm 4 CD's funebri u casettes
bil-valzi ta' l-Għid li kollha jinsabu għall-bejħ mill-każin Banda Aniċi.