




















Prosit Lill-Banda Anici
L-ahhar Hadd ta' Gunju giet iccelebrata l-festa ta' San Gorg Martri f'Hal
Qormi. Festa kbira u festa antika, festa li issa kompliet tikber tul dawn l-ahhar
18-il sena li ilha mwaqqfa l-ghaqda Muzikali Anici.
Dan il-fatt qieghed jidher kull sena' u had ma jista' jmerih. Is-sehem li
tghati l-banda Anici f'din il-festa li fuq kollox hija l-festa tal-padrun
taghha li ghalih hija msemmija, hu sehem kbir tul il-gimgha kollha, li tigi
ccelebrata l-festa. Dan biex ma nsemmux ukoll illi mill-gimgha ta qabel din
l-ghaqda torganizza Lejla Maltija quddiem il-kazin li ghaliha jattendu hafna
nies. Is-sehem tal-Banda beda b'marc it-Tlieta 20 ta' Gunju 2006, kien marc
brijjuz hafna li beda minn naha gdida tal-Parrocca fil-parti ta' fuq. L-ghada
L-Erbgha 21 ta' Gunju 2006, il-Bnada Anici ukoll ghamlet id-demostrazzjoni
b'l-istatwa ta' San Gorg Rebbieh, marc li inzamm tradizzjonali biex b'hekk
ic-centru tal-marc tibqa l-istatwa, li fit-tmiem il-marc ittellghet fuq
il-Pedestall fil-pjazza tal-Vitorja. Anke f'dan il-marc il-poplu Qormi hareg
bi hgaru mal-Banda u bhal dejjem kien hemm hafna dilettanti minn barra r-rahal.
Kien imiss issa il-programm Vokali u Strumentali li l-Banda Anici tellghet
quddiem il-kazin fuq il-plancier il-Gimgha 23 ta' Gunju 2006. F'dan
il-programm is-Surmast mahbub u bravu taghna Mro.Joseph Vella kien qed
jiddebutta ghall-ewwel sena tieghu.
Kien programm li zamm lil kull min attenda msammar fuq is-siggu jisma' l-interpretazzjonijiet
tal-banda eccellenti. Il-muzika li intghazlet kienet wahda mhallta
ghall-gosti ta' kulhadd u muzika mhallta f'kull sens. Bhas-soltu fl-ahhar
indaqq l-innu l-Kbir l-Apoteosi ta' San Gorg Martri li kien kiteb l-ewwel
Surmast Direttur tal-Banda Frank Galea u versi ta' Dr. Carmelo Mallia. It-tnejn
li huma Onorarji, Surmast Onorarju u membru Onorarju rispettivament. Hawn ma
nistghawx ma nirringrazzjax lis-Surmast Direttur Joseph Vella u
lill-Bandisti Lokali u barranin li taw is-sehem taghhom kollu u kull
sagrificju, anke ghall-preparamenti ta' dan il-programm.
Ringrazzjament iehor ghas-Solisti li kantaw mal-Banda, it-Tenur Joseph
Aquilina, il-Baxx Alfred Camilleri u s-Sopran Joane Mangion u l-Kor
tal-Parrocca ta' Hal Safi taht it-tmexxija tas-Surmast Tony Pace. Il-programm
gie prezentat mill-President Onorarju Dr. Carmel Bianchi, u l-produzzjoni
kienet tal-Kummisjoni Banda. Wara beda l-marc il-Kbir li l-qofol tieghu kien
propju fil-Pjazza ta' hdejn ic-Centru tas-Sahha. Is-Sezzjoni Zghazagh
Stillieri fi hdan l-Ghaqda taw sehem kbir f'dan il-marc brijjuz u ghalhekk
haqqhom kull tifhir ghall-mod ta' kif hadmu, mhux biss l-armar gdid
ghal-waqt il-marc, imma anke s-sorpriza li taw. Kien marc varjat imhallat
bit-talent mhux biss muzikali mill-banda imma wkoll ta is-sehem tieghu
il-Kantant Popolari Qormi Rebbieh tal-Malta Song For Europe Fabrizio
Faniello. Dan il-marc imdawwar b'folla kbira kbira ta' nies halla lil
kulhadd meraviljat u l-gost li kien hemm kien xi haga li ma tistaghax
tispjega. Intant il-Bnada is-Sibt lejlet il-festa ghamlet marc iehor li
spicca hdejn il-Knisja. Dan il-marc ahna insejhulu l-marc Lussuz li fih
wiehed ikun jista' jgawdi aktar il-Bnada, li tajjeb li nghidu li kemm
il-darba daqqet dejjem kienet armata bil-kif. Ghalhekk ma nistghax ma
nghatix prosit lill-persuna responsabbli mill-Bandisti, li jiehu hsieb jarma
l-Banda Chev. John M.Spiteri li hu c-Chairman tal-Kummisjoni Banda, u lil
shabu tal-Kummisjoni li mieghu jahdmu id f'id.
U fuq kollox lis-Surmast Direttur Joseph Vella li taht id-direzzjoni tieghu
il-Banda ghamlet avvanzi kbar il-quddiem. Kien fadal il-marc tradizzjonali
ta-Hadd filghodu li bih il-Banda ghalqet is-sehem taghha fil-festa u b'hekk
tkun daqqet hames darbiet tul il-gimgha kollha tal-festa. Il-marc ta'
filghodu beda fid- 9:30 a.m. minn quddiem il-kazin u kien marc li seta' ha
gost kulhadd. Din is-sena aktar zghazagh attendew u ghazlu l-Banda taghna
biex b'hekk il-marc kull sena qed jikber.
Nghalaq din il-kitba billi nirringrazzja lil shabi tal-kumitat
Amministrattiv, u lill-membri kollha ta' l-ghaqda tal-fiducja li raw fija
meta gejt ikkonfermat mhux Segretarju ta' l-ghaqda imma wkoll P.R.O. u
ringrazzjament iehor imur lejn dawk kollha li taw sehemhom ghas-successi
miksuba fil-festa, izda b'mod specjali bis-sucess li kisbet il-Banda Anici
li kull ma jmur qeghda dejjem tikber u tissahah.
Prosit u keep it up
Saviour Mifsud
P.R.O.